PERFORMED IN MALTESE
..................................................................................................................
Il-Karnival fil-Manoel… Kuluri u fantasija huwa spettaklu għall-familja kollha iżda immirat l-iżjed għat-tfal. Permezz ta’ drama, żfin, projections, logħob u kant se ngħixu u niskopru flimkien x’inhu l-Karnival, mill-oriġini tiegħu għal kif kiber u żviluppa fil-gżejjer tagħna. Iżda se ingawdu wkoll Karnivali minn madwar id-dinja.
Din il-festa kkulurita għandha diversi tradizzjonijiet marbuta magħha, fosthom il-ballijiet li kien magħruf għalihom it-Teatru Manoel. Hu propju minn ballu tal-epoka li jitlaq il-vjaġġ tagħna. Vjaġġ li se jlaqqagħna ma’ diversi karattri fosthom il-Granmastru Manoel de Vilhena u Perlinu l-pupazz. Dan huwa l-ewwel spettaklu tal-ġeneru tiegħu li qatt ittella’ dwar l-istorja tal-Karnival.
..................................................................................................................
Il-Karnival fil-Manoel… Kuluri u fantasija (Carnival at the Manoel... Colours and Fantasy) is a show for the whole family but mainly aimed at children. Together we’ll be living and discovering Carnival, through drama, dance, projections, games and singing, from its origins to how it developed on our islands. We will also be enjoying carnival celebrations from around the world.
The colourful feast is built on traditions, such as the carnival balls that were synonymous with Teatru Manoel. Our adventure takes off from a Carnival Ball! This journey will introduce us to several characters including, Grand Master Manoel de Vilhena, and popular puppet Perlinu. This is the first show of its kind, about the history of carnival that is being produced here at Teatru Manoel.

Duration: 70 minutes