Upcoming Events

O - Tribut lil Prof. Oliver Friggieri
O - Tribut lil Prof. Oliver Friggieri

Details

Producer: Teatru Manoel & Ministeru għall-Wirt Nazzjonali, L-Arti u l-Gvern Lokali
Admission Age: 10+
Venue: Teatru Manoel
Price: €20 (€15 for senior citizens and students)


Schedule

Friday, 01 October 2021
8pm
Saturday, 02 October 2021
4pm & 8pm
Sunday, 03 October 2021
4pm & 8pm

Description

Teatru Manoel u d-Direttorat tal-Kultura, fi ħdan il-Ministeru għall-Wirt Nazzjonali l-Arti u l-Gvern Lokali, qed jippreżentaw O. - Tribut lil Professur Oliver Friggieri. Dan ix-xogħol se jittella' għall-ewwel darba fil-jum li fih l-Professur kien se jagħlaq 74 sena.

Maħluqa u mmexxija minn Sean Buhagiar, din il-wirja ta' żfin teatrali se tpoġġi x-xogħol tal-Professur Oliver Friggieri f'mużika oriġinali mill-produttur mużikali Chris Vella, li se tkun akkumpanjata minn koreografija ta' Cheryl Lofreda. Din l-artista se tkun akkumpanjata mill-kumpanija taż-żfin tagħha MVMT flimkien mal-parteċipazzjoni tal-attur Jamie Cardona. Din il-wirja se tfittex il-ħajja ta' monument litterarju, u se tipprova tkun iktar dwar il-Professur Friggieri, milli dwar xogħlu stess. Din il-biċċa xogħol teatrali, li hija kontemporanju, se tistudja u se tiċċelebra l-ħajja tal-iktar kittieb maħbub f'Malta riċentament.

Direttur Sean Buhagiar

Koreografija Cheryl Lofreda

Kast Il-MVMT u Jamie Cardona

Mużika u Sound Chris Vella

Bil-vuċijiet ta' Manuel Cauchi, Paul Portelli, Mario Micallef, Michael Tabone, Godwin Scerri u Joe Friggieri

Disinn tal-Produzzjoni Bloc

Dawl Mortiz Zavan

Riċerka u Assistenza ta' Gabriel Lia

ASM Ann Marie Camilleri

 

Upcoming Events

International Spring Orchestra Festival - DEGENERATES
15 June 2021 - 19 June 2021
International Spring Orchestra Festival - DEGENERATES
  Tuesday 15th June 2021 at 7.45pm & 9.30p ...
02 July 2021 - 03 July 2021
Pjazza Pastizzi
Ready for a bite of Maltese culture? Introducing a far-off town call ...
1
2
3
4

Bookings

E: bookings dot mt at teatrumanoel dot mt
T: (+356) 21246389
Mon - Fri
10.00 - 19.00
Sat
10.00 - 13.00
Check relevant events for summer opening times

NEWSLETTER

Sign up to the Teatru Manoel news letter to be the first to know!