Upcoming Events

Faith, Hope u Charity
Faith, Hope u Charity

Details

Producer: Staġun Teatru Malti & Teatru Manoel
Admission Age: 12 years & Over
Venue: Fort St Elmo, Pjazza D'Armi, Valletta
Price: €20


Schedule

Wednesday, 22 July 2015
9pm
Friday, 24 July 2015
9pm
Saturday, 25 July 2015
9pm
Sunday, 26 July 2015
9pm
Wednesday, 29 July 2015
9pm
Friday, 31 July 2015
9pm
Saturday, 01 August 2015
9pm
Sunday, 02 August 2015
9pm

Description

Għall-Biljetti:
 
 
jew
 
Teatru Manoel:         10am - 1pm
 
Pjazza Teatru Rjal:  10am - 7pm
 
Sant' Iermu:                8pm - 9pm (fil-ġranet tal-produzzjoni)
...............................................................................................
 
Hekk kif bdiet it-tieni gwerra dinjija, il-poplu Malti ta’ xhieda tal-qlubija ta’ bdoti Ingliżi li telgħu fuq ajruplani antiki tat-tip Glousceter Gladiators, biex iħarsuh mill-qilla tal-Regia Aeronautica, li ta’ kuljum kienu jżuru l-gżejjer Maltin biex jitfgħu l-bombi qerrieda tagħhom.
 
L-Ingliżi kienu ta’ spiss jitilgħu tlieta, tlieta kontra t-Taljani u minn hawn ħareġ il-mit tat-tliet ajruplani li ġew imlaqqma Faith, Hope u Charity. 
 
F’villa f’Ħ’Attard, il-Kontessa Fiorini Sacco u n-neputija tagħha Marija jaraw wieħed minn dawn il Gladiators jolqot ajruplan Taljan. Il-bdot milqut jaqbeż bil-paraxut lejn il villa. Xi bdiewa tal-inħawi jiġru biex jaqbdu l-bdot qabel ma jaħtfuh l-awtoritajiet Britanniċi. L-għan ewlieni tagħhom kien li jbiċċruh bi tpattija għall-mewt ta’ wieħed minnhom waqt attakk ieħor xi ġimgħat qabel. Imma l bdot Taljan, midrub sew waqt id-dwell fl-ajru, jirnexxilu jinżel fil-ġnien fejn kien hemm il-Kontessa u n-neputija tagħha. Ispirata minn sens qawwi ta’ responsabbiltà, il-Kontessa tagħzel li tgħin lill-bdot u għalhekk tordna lis-seftura tagħha biex ma tħalli lil ħadd jidħol sakemm jaslu l-awtoritajiet militari. 
 
Huwa hawn fejn u kif, Marija, li kienet taħdem ta’ infermiera voluntiera, tiltaqa’ ma’ Francesco Cavalli. Jidħol fix-xena wkoll William ‘Timber’ Woods, il bdot leġġendarju Ingliż li waqqa’ lil Francesco, li jmur iżur lit-Taljan meta dan kien għall-kura l-isptar indukrat minn Marija. Iż-żewġ irgiel, it tnejn imxellfin sew mill-għelt tal gwerra, huma msaħħra minn Marija: Woods li kien diġà jaf lit-tfajla u Cavalli li kien jafu ħajtu lilha.
 
Sadattant il-Kontessa tiġi arrestata mill-awtoritajiet Ingliżi fuq suspetti ta’ aġir favur it-taljani, waqt li l-attakki ma jaqtgħu qatt u tkompli il-ħerba fuq Malta. Kif jista’ jkun li qalb dan l-għawġ tinbet l-imħabba bejn dawn il-karattri? It-tliet żgħażagħ isibu ruħhom jissieltu taqbida ħarxa fejn l-imħabba, is-sagrifiċċju u l-maħfra jwassluhom biex jaraw lillhom nfushom b’mod ġdid, waqt li d-dinja ta’ madwarhom - dinja ta’ mibegħda, mewt u biki - tagħmel minn kollox biex iżżommhom mifrudin.  
 
Mill-pinna mirquma ta’ Immanuel Mifsud, fuq storja ta’ Mario Philip Azzopardi, tasal din l-epika bit-titlu ta’ FAITH, HOPE U CHARITY b’direzzjoni ta’ Josette Ciappara. Dan l-ispettaklu fuq barra, bi produzzjoni ta’ Staġun Teatru Malti, li fih qegħdin jieħdu sehem uħud mill-aqwa interpreti tal-palk lokali, se jsir fi Pjazza D’Armi f’Sant’Iermu fit-22, 24, 25, 26, 29, 31 ta’ Lulju u fit-2 u t-3 ta’ Awwissu. 
 

    
 

Upcoming Events

AUDITIONS Teatru Manoel Youth Dance (TMYD)
Sunday, 19 September 2021
AUDITIONS Teatru Manoel Youth Dance (TMYD)
  Introducing Teatru Manoel’s newly created youth da ...
Sunday, 19 September 2021
AUDITIONS Teatru Manoel Youth Opera (TMYO)
  Applications to audition for TMYO, our #OPERA Training P ...
1
2
3
4

Bookings

E: bookings dot mt at teatrumanoel dot mt
T: (+356) 21246389
Mon - Fri
10.00 - 19.00
Sat
10.00 - 13.00
Check relevant events for summer opening times

NEWSLETTER

Sign up to the Teatru Manoel news letter to be the first to know!