Theatre News

Teatru Manoel Jibda Xogħol Strutturali Wara Staġun Teatrali Impenjattiv
 
 
Filwaqt li jinsab magħluq minħabba r-restrizzjonijiet tal-COVID-19, it-teatru nazzjonali ta’ Malta ħataf l-opportunità biex iwettaq xogħlijiet strutturali mingħajr interruzzjonijiet għall-udjenzi u l-artisti
 
It-Teatru Manoel beda xogħlijiet strutturali fuq l-Abbazija ta’ Navarre u t-teatru waqt li bħalissa jinsab magħluq minħabba r-restrizzjonijiet imposti minħabba l-pandemija tal-COVID-19.

Sa minn nofs Ottubru tal-2020, il-Manoel ospita aktar minn 50 rappreżentazzjoni differenti, kemm fuq il-palk kif ukoll online, inklużi diversi avvenimenti ta’ Toi Toi u rappreżentazzjonijiet relatati mal-ferm popolari Valletta Baroque Festival, filwaqt li għeleb id-diversi sfidi li ġabet magħha l-pandemija.

Meta t-Teatru għalaq il-bibien tiegħu minħabba l-aħħar restrizzjonijiet tal-COVID-19, it-tim ta’ Teatru Manoel ħadu d-deċiżjoni li jinbdew xogħlijiet strutturali li jistgħu potenzjalment ikunu ta’ xkiel għal udjenzi u artisti li jattendu t-teatru, b’hekk ġie evitat kwalunkwe inkonvenjent.

Il-proġett għandu l-għan li jipprovdi aċċessibilità aqwa kemm għall-Abbazija kif ukoll għat-teatru permezz tal-installazzjoni ta’ lift panoramiku, filwaqt li jtejjeb l-aċċess ġenerali għal kulħadd għaż-żewġ binjiet. Huwa mfassal ukoll biex jgħaqqad flimkien il-funzjonijiet kollha operattivi u amministrattivi tat-teatru f’post wieħed, filwaqt li jtejjeb l-esperjenza kollettiva kemm tal-ħaddiema kif ukoll tal-viżitaturi.
 
Ix-xogħlijiet tal-ewwel sular jinkludu uffiċċju tal-bookings ġdid, li se jakkomoda żewġ ħaddiema, u se jkun fih bank tal-irħam u xogħol tal-injam imfassal apposta. Żona għal esibizzjonijiet ġdida se tkun ukoll mgħammra b’xogħol tal-injam apposta li se tesebixxi kostumi, oġġetti u dokumenti relatati mal-istorja tat-Teatru Manoel. Il-viżitaturi u l-ħaddiema se jibbenefikaw ukoll minn żona ta’ kafetterijaġdida, kompluta skont l-aqwa kwalità li tixraq għall-entrata ta’ binja tant prestiġjuża u storika.

It-teatru storiku nnifsu se jsirulu xogħlijiet ta’ restawr, kemm fil-wiċċ tal-palk u kif ukoll fuq il-faċċata tal-post fejn iddoqq l-orkestra. Bl-istess mod, il-linfa u l-brazzi se jinbidlu għal linfa bajda tal-ħġieġ minfuħ ta’ Murano, fl-istil Rezzonico li jaqbel mal-arkitettura barokka tat-teatru.

Ix-xogħlijiet fuq l-ewwel sular tat-teatru se jestendu s-Sala eżistenti Maria Ghirlando, li se jkabbru b’mod sinifikanti l-kapaċità tagħha filwaqt li jipprovdu żona li tista’ tintuża għal kunċerti, provi, lezzjonijiet u laqgħat. Se jkun hemm ukoll żona ta’ bar mgħammra kompletament li se sservi dan is-sular, filwaqt li VIPs li jżuru t-teatru jistgħu jużaw kamra ġdida ddedikata għall-VIPs. Ix-xogħol ta’ kwalità għolja li jinsab fid-disinn ta’ din iż-żona jinkludi panewijiet tal-injam, soqfa dekorattivi tal-injam, bankijiet tal-irħam għall-barijiet, pavimentar tal-injam b’iżolament akustiku u xogħol fuq l-injam magħmul apposta.

Il-firxa sħiħa ta’ xogħlijiet ta’ restawr mistennija titlesta malajr kemm jista’ jkun u bl-aktar mod effiċjenti possibbli, biex it-Teatru Manoel ikun jista’ jilqa’ lura l-udjenzi fl-ispazju ġdid l-aktar kmieni possibbli.
 
............................................................................................................................................................................
 
 
Teatru Manoel Starts Structural Works Following Busy Theatre Season
 
While closed due to COVID-19 restrictions, Malta’s national theatre has seized the opportunity to undertake structural works without interruption for audiences and artists
 
Teatru Manoel has commenced structural works on the Priory of Navarre and the theatre while it is closed due to the restrictions brought about by COVID-19 pandemic.

Since mid-October 2020, the Manoel has hosted more than 50 different performances both on stage and online, including several Toi Toi events and performances relating to the popular Valletta Baroque Festival, while overcoming the significant staging challenges presented by the pandemic.

When the Theatre closed its doors due to the latest COVID-19 measures, the Teatru Manoel team took the decision to initiate structural works to the historic building that could potentially create disruptions to attending audiences and artists, thereby limiting any inconvenience.

The project aims to provide better accessibility to both the Priory and theatre through the insertion of a panoramic lift, while improving general access for all to both buildings. It is also designed to bring together all the theatre’s operational and administrative functions in one place, enhancing the overall experience to both staff and visitors.

Ground floor works include a new booking office to accommodate two members of staff, which will feature a marble counter and bespoke joinery. A new exhibition area will likewise be fitted with customised joinery to exhibit costumes, objects and documents related to the history of Teatru Manoel. Visitors and staff will also benefit from a new café area, finished to the high quality befitting the entrance to such a prestigious and historic building.

The historic theatre itself will have restoration works, both on the surface of the stage and the orchestra pit façade. Likewise, the chandelier and sconces are being replaced with a blown white Murano glass chandelier, in the Rezzonico style in keeping with the theatre’s baroque architecture.

Works on the theatre’s first floor plan will extend the existing Maria Ghirlando Hall, significantly increasing its capacity while providing an area that may be used for concerts, rehearsals, lectures and meetings. A fully fitted bar area will also serve the floor, while VIPs visiting the theatre can make use of a new, dedicated VIP room. The high-quality finishes featured in the design of this area include timber wall panelling, decorative timber ceilings, marble bars counters, timber flooring with acoustic matting and customised joinery.

The full range of refurbishments is planned to be completed as quickly and efficiently as possible, so that Teatru Manoel can welcome audiences back to the revitalised space at the earliest opportunity.
 

Upcoming Events

O.
29 October 2021 - 02 November 2021
O.
You must be fully vaccinated to attend a performance at Teatru Manoe ...
Wednesday, 10 November 2021
Chopin Recital by Dmitry Ishkhanov
You must be fully vaccinated to attend a performance at Teatru ...
1
2
3
4

Bookings

E: bookings dot mt at teatrumanoel dot mt
T: (+356) 21246389
Mon - Fri
10.00 - 19.00
Sat
10.00 - 13.00
Check relevant events for summer opening times

NEWSLETTER

Sign up to the Teatru Manoel news letter to be the first to know!